Fortunatament il-lejl tal-Milied kien wieħed kwiet għall-paramediċi u l-forzi tal-ordni hekk kif matul il-lejl ma kien irreġistrat l-ebda inċident tat-traffiku serju u l-ebda sewwieq ma kellu bżonn il-kura.
Fl-aħħar jiem kienu diversi l-appelli biex min se jsuq ma jixrobx u jibża’ għal saħħtu u jidher li fortunatament dawn l-appelli ntlaqgħu u l-lejl ta’ divertiment għal ħafna għadda b’wiċċ il-ġid.
//= $special ?>

