Lirika ta’ kanzunetti f’album ġdid tal-kantanta Ira Losco kienu fost affarijiet ta’ valur li nsterqu mill-karozza tagħha ilbieraħ t’lura.
F’post fuq Facebook, il-kantanta spjegat li sabet it-tieqa ta’ wara tal-karozza tagħha mkissra u numru ta’ oġġetti ta’ valur neqsin.
“Nemmen li l-ħsieb wara s-serqa kien id-droga” kitbet Ira Losco li qalet li l-ħsibijiet tagħha jmorru f’dawk li huma dipendenti fuq id-drogi tant li jkollhom jisirqu.
“Min seta’ kien, nispera li ssib it-triq it-tajba” ittemm tgħid Ira Losco.
//= $special ?>

