Lokali

Surġent tal-Pulizija ferut minn xufier li baqa’ sejjer

Surġent spiċċa ferut meta xufier ta’ karozza baqa’ sejjer waqt li kienu qed isiru spot-checks.

L-inċident seħħ fi Triq Sant’Andrija f’San Ġiljan għall-ħabta tal-10 ta’ filgħaxija meta Surġent tal-Pulizija tat-Traffiku għamel sinjali biex iwaqqaf il-vettura, bix-xufier li baqa’ sejjer.

Kien f’dan il-waqt li s-Surġent saq bil-mutur tas-servizz wara l-vettura u x-xufier twaqqaf fi Triq Reġjonali.

Hemmhekk ġie nnutat li l-liċenzja tal-vettura kienet skaduta u f’dak il-ħin ix-xufier tal-vettura reġa’ saq minn fuq il-post, bil-konsegwenza li għadda minn fuq sieq is-Surġent u kkawżalu ġrieħi ta’ natura ħafifa.

Ix-xufier involut ġie arrestat dalgħodu għall-ħabta tat-8.15 fl-akwati ta’ Kordin.
L-investigazzjonjiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.