Lokali

Tliet bniet u tliet subien s’issa f’Jum il-Milied

Jum il-Milied se jkun wieħed speċjali għal sitt familji hekk kif s’issa twieldu sitt’itfal; tlett’ibniet u tliet subien.

L-ewwel twelid seħħ f’Għawdex, kwarta biss wara nofsillejl, hekk kif twieldet tifla. F’Għawdex twielet ukoll tifel għoxrin minuta wara nofsinhar.

F’Malta, Nicole (ritratt), bint Valerie u Nicholas Imbroll Powell, kienet l-ewwel wild ta’ Jum il-Milied hekk kif twieldet fis-01:40. It-twelid wasal biss għaxar minuti qabel twelid ieħor, ta’ tifel.

 

B’kollox f’Malta twieldu żewġ bniet u żewġ subien.