Fiċ-Ċentru tal-Floriana Senior Citizens ġiet inawgurata l-produzzjoni bl-isem ‘Il-Fidwa li bdiet f’Betlem imxandra minn Pawlu f’pajjizna’ li se tkun għall-wiri għall-pubbliku.
Dan hu xogħol oriġinali ta’ Charles Camilleri min-Nadur, b’effetti speċjali u mħaddem perrmezz ta’ kompjuter.
Tinkludi siġra kbira li minnha jinxtegħel l-ilma fuq screen tat-TV kbir ħafna u li fuqu hemm speċi ta’ banju mimli b’għaxar bramel ilma fost oħrajn, u dwal li jgħinuk issegwi l-produzzjoni. Fl-istess wirja hemm ukoll sett ta’ statwi tal-istess artist. Opra li min japprezzaha għandu għax jieħu gost jaraha f’dawn il-ġranet ta’ festi kemm tal-Milied kif ukoll tal-Ewwel tas-Sena.
Barra minn hekk, fuq il-faċċata tal-istess Ċentru Furjaniż, tqiegħdet siġra tal-Milied kbira kkulurita magħmula minn fliexken tal-minerali xogħol Publio Agius. Snin ilu kienet saret linfa fi Triq Mons. Mauro Caruana li kienet ġibdet l-ammirazzjoni ta’ bosta.
Din il-wirja taċ-Ċentru tal-Floriana Senior Citizens li jinsab f’47 Triq San Publju, ħdejn il-knisja arċipretali, fetħet l-Erbgħa li għadda. Għada s-Sibt 26 u l-Ħadd 27 tiftaħ mid-9.30am sal-11.30am ukoll.
Wara l-Quddiesa ta’ Nofsillejl, fil-Knisja Arċipretali ta’ San Publju, l-Assoċjazzjoni Publju ta’ Malta ġiet organizzata Christmas Breakfast fl-istess Ċentru tal-Floriana Senior Citizens.
//= $special ?>
