Il-Pulizija ħabbret li sa fl-aħħar arrestat l-imħuħ wara disa’ serqiet li saru f’numru ta’ lokalitajiet fl-aħħar ġimgħat u xhur.
Is-serqiet seħħew f’Santa Venera, f’Pembroke, f’San Ġiljan u fis-Swieqi, bil-Pulizija tarresta żewġ barranin.
Iż-żewġt irġiel, Eġizzjan u raġel mill-Mali, tressqu l-Qorti, bl-Eġizzjan jammetti l-akkużi kontrih u jeħel sentenza ta’ erba’ snin ħabs. Min-naħa l-oħra, ir-raġel l-ieħor mill-Mali wieġeb mhux ħati, iżda baqa’ jinżamm arrestat.
//= $special ?>

