Fl-2010 il-Koreana Kim Eunhee ġiet arrestata u sentejn wara ngħatat sentenza ta’ ħabs ta’ 13-il sena fuq importazzjoni ta’ droga.
Iżda minkejja sentenza hekk twila, tibqa’ tħares lejn il-futur b’tama għall-ħajja aħjar, lil hinn mill-ħitan għolja tal-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin, fejn xi kultant il-ħajja ta’ solitudni tista’ tkun waħda diffiċli.
Hi għażlet li dan iż-żmien tqattgħu billi fost l-oħrajn tinvolvi ruħha fl-arti u għalhekk li ppreżentat lill-Arċisqof ta’ Malta b’pittura bi ġwienaħ ta’ farfett, li jirrappreżenta l-ħajja.
Pittura b’messaġġ ta’ tama li iktar ‘il quddiem f’ħajjitha tkun tista’ tħalli l-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin lura għal-liberta’, bit-tama li tkun tista’ tgawdi l-ħajja mill-ġdid, ‘il bogħod mill-vizzji.
//= $special ?>

