Filmat: “L-isport għeni biex insaħħaħ il-karattru”

Għall-aħħar snin, kemm ilu jiskonta s-sentenza tiegħu Mario Borg, magħruf iktar fost ir-residenti tal-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin bħala Il-Pippo, hu għażel li jqatta’ l-ħin tiegħu jaħdem fl-isport.

Jispjega li l-ħidma tiegħu fl-isport għenitu jissaħħaħ fil-karattru tiegħu, imma fuq kollox ittih sodisfazzjoni li jara lil sħabu jżommu bogħod mill-vizzji.

Fl-aħħar snin far investiment fil-grawnd tal-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin li llum-il ġurnata hu mgħammar b’turf artifiċjali filwaqt li r-residenti għaqqdu wkoll tim fil-lig tal-Masters bl-isem ta’ Jival.