Lokali

Filmat: Siġra tal-Milied taħt il-baħar

It-temp kien wieħed mill-isbaħ f’Boxing Day għal grupp ta’ għaddasa li pparteċipaw f’attivita’ kemxejn differenti, hekk kif niżlu jgħoddsu biex iżejjnu siġra tal-Milied f’qiegħ il-baħar.

L-attivita’ saret b’risq il-Hospice Malta għar-raba’ sena konsekuttiva u Mario Azzopardi , wieħed mill-organizzaturi, spegalna aktar dwar is-siġra tal-Milied li hi magħmula minn fliexken tal-plastic u li żżejjnet minn numru kbir ta’ għaddasa.

Kull għaddas li ppartecipa ta donazzjoni, li se tingħata lill-Hospice Malta. Il-plastik kollu użat reġa’ ttella’ mill-baħar wara li ntemmet l-attivita’.

Segwi l-filmat t’hawn taħt.