Kultura Lokali

Għada ‘Santa’s Biggest Dress Up’

Għada se ssir l-attivita’ ‘Santa’s Biggest Dress Up’, wara li l-Fondazzjoni Inspire ppostponiet l-ewwel data minħabba l-maltemp li nqala’. Il-pubbliku kollu mistieden sabiex jattendi din l-attivita’ ġewwa l-Forti Sant’ Anġlu, u jilbes kostum jew aċċessorju marbut ma’ Santa Klaws.

Din l-atmosfera unika, mistennija li tibda għall-ħabta tal-11 ta’ filgħodu, u ser ikun hemm varjeta’ ta’ ikel, xorb, ħelu u numru ta’ affarijiet oħra marbutin mal-Milied. Il-bejgħ kollu minn dawn l-attivitajiet se jmorru b’risq donazzjoni għal Inspire.

Din l-attivita’ ser tagħti opportunita’ wkoll, sabiex wara r-restawr tal-Forti Sant Anġlu, il-pubbliku jkun jista’ jżur dan is-sit mingħajr ħlas.

Se jkun provdut Park-and-Ride mill-grawnd Fortini u anke mill-ispazju tas-suq tal-Birgu. Wieħed jista’ juża’ s-servizz ta’ ferry mill-Belt Valletta sal-Kottonera.