Lokali

Ħallelin isibu Pulizija ma’ wiċċhom huma u ħerġin minn serqa

Tlett irġiel li kienu ħerġin minn serqa sabu l-Pulizija ma’ wiċċhom. Huma kienu qed iwettqu jisirqu ammont konsiderevoli ta’ ramm u ħadid minn kamra f’għalqa f’Ħal Għaxaq.

Is-serqa seħħet waranofsinhar u malli t-tlett persuni sabu lill-Pulizija, huma provaw jaħarbu. Tnejn minnhom daħlu ġo karozza u saqu fi triq li ma kinitx tinfed. Ir-raġel l-ieħor ħarab jiġri fl-għelieqi. Aktar tard, iż-żewġt irġiel tal-karozza abbandunaw il-vettura u ħarbu mill-post.

Il-Pulizija qed tfittex lil dawk involut.

Ritratt: TVM