Lokali

Filmat: Il-Gozo Channel jinqabad fuq sieq waħda… kju kbir fiċ-Ċirkewwa

Hi tradizzjoni tal-Maltin li fi żmien il-festi jitilgħu s’Għawdex u jqattgħu il-Jiem tal-Milied.

Kull sena, eluf ta’ Maltin jagħmlu l-vjaġġ taghhom lejn Għawdex – u din is-sena, inżerta li l-festi tal-Milied ġew f’long weekend.

Ma jistax jonqos, għaldaqstant, li fiċ-Ċirkewwa inġemgħu mijiet ta’ persuni li damu ħin twil jistennew biex jaqsmu l-fliegu.

Imma sakemm is-servizz qaleb fuq sistema ta’ shuttle, ħafna kellhom jistennew għal nofs siegħa, tlett kwarti.

Minħabba l-ammont qawwi ta’ traffiku li nġema’ fiċ-Ċirkewwa, kellhom jissejjħu l-Pulizija biex jikkontrollaw it-traffiku.