Lokali

Tibda’ l-Istrina 2015

Ftit tal-ħin ilu f’nofsinhar bdiet l-Istrina. L-Istrina qed tiġi mxandra live fuq bosta stazzjonijiet nazzjonali fosthom dik ta’ Net TV qed ikun hemm numru t’attivitajiet ta’ kant, żfin u logħob.

Sa 13.00, siegħa wara li bdiet l-Istrina s-somma kienet aktar minn EUR 282.000

Aktar kmieni: Illum issir edizzjoni oħra tal-Istrina, fejn il-poplu Malti jkun mistieden jikkontribwixxi l-flus li mbagħad jitqassmu lil diversi entitajiet li jaħdmu ma’ dawk li l-iktar għandhom bżonn fis-soċjetà Maltija.

Din is-sena l-Istrina se tkun qiegħda tixxandar fil-Kumpless Sportiv tal-Kottonera u anke f’Għawdex. Id-donazzjonijiet jistgħu jingħataw bit-telefonati jew anke b’sms. Hemm ukoll l-app tad-donazzjonijiet fuq facebook.

Faith, Hope u Charity huma l-kliem li qed jintużaw għall-Istrina ta’ din is-sena. Kliem jew ismijiet li għalina l-Maltin fissru tama tul il-bidu tat-Tieni Gwerra Dinjija hekk kif iġġibu l-istess isem tal-unika tlett ajruplani li kien hawn f’Malta fl-1940.