Is-somma ta’ €150,000 ġiet ippreżentata mill-Bank of Valletta matul ix-xandira diretta ta’ L-Istrina. Din id-donazzjoni tirrappreżenta l-fondi miġbura tul il-kampanja L-Istrina BOV Piggy Bank u kontribuzzjoni sinifikanti mill-Bank innifsu.
Id-donazzjoni kienet ppreżentat mill-Kap Eżekuttiv il-ġdid tal-Bank, is-Sur Mario Mallia, flimkien mal-membri tal-Management Board tal-Bank. Huma kienu akkumpanjati minn grupp ta’ tfal u l-ġenituri tagħhom, li huma impjegati tal-BOV. Id-donazzjoni ġiet ippreżentata lill-E.T. il-President Marie-Louise Coleiro Preca u s-Sur Edgar Preca.
Il-piggy bank, li huwa sinonimu ma’ din il-kampanja kien preżenti f’kull skola Primarja u Sekondarja madwar Malta u Għawdex, sa minn Ottubru 2015. Barra minn hekk, din is-sena, din il-kampanja ġiet introdotta fiċ-Ċentri li jieħdu sehem fi Skolasajf. Diversi skejjel organizzaw attivitajiet matul l-ewwel xhur tas-sena skolastika li permezz tagħhom huma ġabru l-fondi għall-Malta Community Chest Fund.
Din il-kampanja issa tinsab fit-12-il sena konsekuttiva tagħha. Matul is-snin, il-kampanja għenet mhux biss biex jinġabru d-donazzjonijiet għall-MCCF, imma wkoll biex titqajjem kuxjenza fost it-tfal żgħar tal-iskola dwar l-importanza li nkunu altruwisti u naħsbu fl-oħrajn, b’mod speċjali matul dan iż-żmien ta’ festi.
//= $special ?>

