Internazzjonali

Nirien fl-Australia jħassru Jum il-Milied għall-bosta

Jum il-Milied għall-numru ta’ nies f’Victoria fl-Australia ma kienx wieħed feliċi hekk kif mill-anqas 100 residenza ġew meqruda b’nirien li ħakmu l-inħawi tal-Great Ocean Road.

Rapporti qali li mewġa ta’ sħana kienet kawża ta’ dan pero madnakollu issa qed jittamaw li t-tibdil f’daqqa tal-klima, għall-waħda kiesħa, inaqqas dan.

Ħadd ma weġġa f’dawn l-inċidenti hekk kif l-awtoritajiet evakwaw 1600 persuna miż-żona.