Futbol Sport

Stoke ikabbru l-kriżi ta’ Man Utd

Stoke City komplew ikabbru l-kriżi ta’ Manchester United meta għelbu lir-Red Devils 2-0 fil-Brittania Stadium. Din ir-rebħa fissret li Stoke issa jinsabu tliet punti taħt l-istess Manchester United.
Bojan Krkic fetaħ l-iskor fid-19-il minuta f’azzjoni li Stoke ħadu vantaġġ minn żball ta’ Memphis Depay, bil-ballun jispiċċa għand l-Ispanjol li rċieva kross fil-baxx u għadda l-ballun bejn żewġ difensuri.

Seba’ minuti wara, Marko Arnautovic, meta minn free-kick, il-ballun spiċċa għand l-eks Inter li b’xutt mill-isbaħ minn pożizzjoni ċentrali għeleb lil De Gea.

Manchester United pruvaw iwettqu reazzjoni fit-tieni taqsima bl-inklużjoni ta’ Wayne Rooney u kellhom diversi okkażjonijiet fosthom konklużjoni ta’ Marouane Fellaini li ġiet salvata b’mod brillanti minn Butland.

Din it-telfa tkompli tkabbar l-ispekulazzjoni dwar il-futur tal-manager ta’ Manchester United Louis van Gaal, bir-Red Devils imisshom kontra Chelsea t-Tnejn li ġej.