Żewġ sewwieqa ta’ muturi kienu involuti f’inċidenti separati tat-traffiku. Wieħed mill-inċidenti seħħ għall-ħabta tal- 11:30 fil-by-pass tal-Għadira, filwaqt li madwar nofs siegħa wara seħħ inċidenti ieħor fi Triq il-Kosta.
Fl-ewwel inċident kien involut sewwieq ta’ 30 sena mir-Rabat, li għal xi raġuni skiddja. Filwaqt li fit-tieni inċident kien involut raġel ta’ 31 sena mill-Kalkara, li għal xi raġuni waqa’ minn fuq il-mutur.
Iż-żewġ sewwieqa ittieħdu l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
Filwaqt li għadha mhix magħrufa l-kundizzjoni tas-sewwieq li weġġa’ fil-bypass tal-Għadira, is-sewwieq tal-mutur ta’ Triq il-Kosta ġarrab ġrieħi ħfief f’saqajh.
//= $special ?>