Aġġornata: In-nies iddaħlet lura fis-sala u l-pantomima tal-Milied tkompliet.
Aktar kmieni: Evakwati n-nies mill-MFCC ta’ Ta Qali, wara li magna tal-popcorn ħadet in-nar.
Minn infomazzjoni li għandu dan is-sit jidher li għal xi ħin kellhom jiġu evakwati xi persuni minħabba rwejjaħ kkawżata minn magna tal-popcorn li ħadet in-nar. Fil-ħin tal-inċident kienet għadejja il-pantomima tradizzjonali tal-Milied.
In-nar kien ikkontrollat fi ftit ħin u n-nies li kienu preżenti nħarġu barra mis-sala bħala prekawzjoni.
Fortunatament ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.
//= $special ?>