Lokali

FILMAT: ‘Santa’s Biggest Dress Up’ b’risq il-fondazzjoni Inspire

Il-Ġurnata sabiħa tal-lum ħeġġet il-numru sabiħ ta’ nies biex jinġabru fil-Forti San Anġlu hekk kif waranofsinhar ġiet organizzata attivita’ b’risq il-fondazzjoni Inspire bl-isem ta’ ‘Santa’s biggest Dress Up’. Din l-attivita’ kellha titella il-Ħadd li għadda madanakollu ħabba l-maltemp li laqgħat il-gżira, l-attivita ġiet posposta għal-lum.

Fost il-bosta tfal u kbar li liebsu kostum jew aċċessorju marbut ma’ Santa Klaws, kien hemm ukoll numru ta’ voluntiera tal-Inspire li libsu l-kostumi tal-elves. Dan l-istazzjoni ħa l-kumment ta’ Christina, waħda mill-voluntiera preżenti f’din l-attivita’ u qaltilna eżatt il-għalhiex libsu ta’ elves u il-għalhiex kienu qed idduru mal-forti.

Fl-attivita’ kien hemm numru ta’stalls tal-ikel fejn kien hemm ikel tradizzjonali Malti u anke dak tal-Milied, u kif ukoll attivitajiet oħra fosthom ta’ kant u żfin li żgur nieżlu sabiħ man-nies preżenti.

Tul l-attivita’ wkoll ittieħed filmat mal-mużika bid-drone, u dan il-quddiem se joħroġ vidjo uffiċjali ta’ din l-attivta’ u kif ukoll jibqa’ jfakkar din l-attivita’ għall-Inspire fi żmien il-Milied.

Fl-attivita’ kien hemm provdut Park-and-Ride mill-grawnd Fortini u anke mill-ispazju tas-suq tal-Birgu, u kif ukoll Wieħed setgħa’ juża’ s-servizz ta’ ferry mill-Belt Valletta sal-Kottonera.