Diversi bnadi tal-Paragwaj, l-Arġentina, l-Urugwaj u l-Brażil sofrew l-effetti tal-akbar għargħar għal 50 sena li rriżulta fl-evakwazzjoni ta’ aktar minn 150,000 ruħ.
Jiem konsekuttivi ta’ xita b’kaġun tal-fenomenu tat-temp El Nino kkaġunaw għargħar minn tliet xmajjar ewlenin, fost rapporti ta’ mill-anqas sitt mejtin fl-inħawi.
Il-Paragwaj hu l-aktar pajjiż Latin Amerikan li ntlaqat ħażin fiċ-ċirkostanzi u qiegħed jaħdem taħt stat ta’ emerġenza, wara li 130,000 persuna kienu kostretti jaħarbu minn djarhom.
Eżodu simili seħħ fl-Arġentina, b’madwar 20,000 jitilqu miz-zoni familjari. Il-livelli tal-għargħar mistennija jitilgħu f’dawn iż-żewġ pajjiżi fil-ġranet li ġejjin waqt li l-Brażil u l-Urugwaj għandhom jieħdu ftit tan-nifs fost tbassir ta’ temp ‘aktar ħanin’ għalihom.
//= $special ?>