Appell ieħor għall-insara biex iħennu mill-Arċisqof ta’ Malta Mons Charles Scicluna.
F’messaġġ qasir waqt l-għoti tal-awguri għall-dawn il-jiem ta’ festi mal-pubbliku fil-Kurja fil-Furjana, Mons Arcisqof saħaq li n-nisrani mhux biss ikollu l-esperjenza tal-ħniena iżda li jħenn.
Dak li jiddistingwi lin-nisrani hu li n-nisrani jagħmel l-ewwel pass u mhux jistenna li jagħmlu ħaddieħor.
Mons Scicluna fakkar ukoll fil-kliem tal-Papa Franġisku sabiex il-miżżewgin iżommu sod fl-impenn tagħhom. Hu qal li fil-ġranet tal-maltemp, wieħed għandu jagħmel kull sforz sabiex il-ġurnata tintemm bil-kelma t-tajba.
L-Arċisqof appella wkoll sabiex l-insara jibqgħu jiddefendu id-don tal-ħajja, mill-bidu sal-aħħar tagħha.
Preżenti għall-għoti tal-awguri kien hemm ukoll l-Arċisqof Emeritu, Monsinjur Pawlu Cremona
//= $special ?>