Internazzjonali

L-inħawi ta’ Texas jintlaqtu minn trombi tal-arja qattiela

L-Istat Amerikan ta’ Texas intlaqat minn sensiela ta’ trombi tal-arja li swew il-ħajja ta’ mill-anqas għaxar persuni. L-elementi kiefra, sadanittant, tellgħu għal madwar 30 l-ammont ta’ maqtula f’ġimgħa ta’ maltemp qalil li laqat diversi bnadi tal-Istati Uniti.

L-aħħar rapporti qalu li mietu almenu tmienja meta l-karozzi tagħhom inqabdu fit-trombi u tkaxkru mit-toroq fl-inħawi ta’ Garland, qrib ta’ Texas. L-awtoritajiet, imbagħad, irkupraw il-katavri ta’ aktar vittmi minn bliet oħrajn tal-istess zona. Ir-rapporti minn madwar Texas irreferew ukoll għal knejjes u vetturi meqruda, fost it-tqaċċit tas-siġar mill-għeruq.

Il-maltemp li qed jiddomina r-reġjuni tan-Nofsinar fl-Istati Uniti huma uniċi għal dan iż-żmien tas-sena u fl-aħħar jiem irriżultaw anki mwiet fl-inħawi ta’ Mississippi, Tennessee, Arkansas u Alabama.