Lokali

Miet b’kawża naturali

Toni Portelli, ir-raġel ta’ 59 sena min-Nadur li nstab mejjet nhar l-Erbgħa f’ġiebja fl-inħawi ta’ San Blas f’Għawdex miet b’kawża naturali. Dan wara li l-awtopsja li saret fuq il-katavru eskludiet għal kollox li l-mewta tar-raġel setgħet saret f’ċirkostanzi suspettużi.

L-aħbar tal-mewt ta’ Portelli, missier ta’ tliet itfal, ħasdet il-lokalita’ tan-Nadur fejn kien maħbub sew, l-iktar għall-ħidma tiegħu fis-Seminarju Minuri f’Għawdex għal diversi snin u għen fil-formazzjoni edukattiva u spiritwali ta’ eluf ta’ żagħżagħ Għawdxin.

Toni Portelli kien iħobb ukoll jaħdem f’għalqa biex jgħaddi siegħa żmien u kien propju fil-ġiebja li hemm ma’ din l-għalqa li tilef ħajtu.