Lokali

Rekord ġdid għall-Istrina – miġbura aktar minn 4 miljun ewro

L-Istrina 2015 waqqfet rekord ġdid; ċelebrazzjoni ta’ solidarjeta u ġenerożita’ mill-poplu Malti u Għawdxi hekk kif inġabru iktar minn €4,020,500 fi 12-il siegħa, somma ikbar mit-€3,656,000 miġbura is-sena li għaddiet. Fis-sena 2013 is-somma miġbura kienet €3,412,000.

Viżibilment emozzjonata, il-President ta’ Malta ddeskriviet din il-ġenerożita bħala waħda kbira, hekk kif qalgħet li din is-somma turi l-għaqda li hemm fost il-Maltin. Hija fissret din is-somma rekord bħala xhieda ta’ kif dan il-poplu jieqaf ma’ min hu bagħtut u fil-bżonn.

Din il-maratona ta’ ġbir ta’ fondi, li xxandret fuq l-istazzjonijiet kollha tat-televiżjoni, saret b’risq il-Malta Community Chest Fund.