Lokali

FILMAT: 18,000 borża demm f’sena

Din is-sena bejn wieħed u ieħor ingħataw kważi 18,000 borża demm u kien hemm aktar minn 22,000 l-okkażjonijiet ta’ persuni li marru biex jagħtu d-demm.

Net News tkellem ma’ Alex Aquilina, id-Direttur tal-Bank tad-Demm, li spjega li fi zmien il-festi, it-talba ghad-demm baqgħet konsistenti

Net News ħa l-kummenti tad-Direttur tal-Bank tad-Demm waqt żjara li saret mill-iSpeaker Anġlu Farrugia, li flimkien ma’ numru ta’ impjegati tal-Parlament, mar jagħti d-demm.

Din hi l-ewwel darba li Anġlu Farrugia ta d-demm f’dan il-bank tad-demm. Is-sena li għaddiet, l-istaff tal-Parlament ukoll kien mar jagħti d-demm, imma dakinhar, l-ispeaker ma setax jagħti d-demm.