In-Nazzjon b’rapport ewlieni dwar il-mewta li seħħet fid-Depot, kif ukoll b’numru ta’ ritratti minn avvenimenti li seħħew ilbieraħ, fosthom l-għawma tal-kartià u l-attività ‘Santa’s Biggest Dress Up’.
Times of Malta b’rapport ewlieni dwar riżultati ta’ tħarriġ tal-Eurobarometer li jikkonkludi li l-fiduċja tal-Maltin fil-Gvern waqgħet 5% fuq perjodu ta’ sena. Rapport ieħor b’dettalji minn konferenza tal-aħbarijiet mill-Kummissarju tal-Pulizija wara l-mewta li seħħet fid-Depot.
The Malta Independent bir-rapport ewlieni dwar il-mewta, aktarx suwiċida, li seħħet fid-Depot kif ukoll ritratt kbir mill-għawma għall-karità tal-bieraħ.
L-Orizzont bir-ritratt ewlieni mill-attività ‘Santa’s Biggest Dress Up u b’storja ta’ eks-priġunier li ħareġ mill-ħabs b’ta’ fuqu senduqu u li jgħid li jrid ikun missier tajjeb.
//= $special ?>
