Internazzjonali

L-ibliet ta’ Ruma u Milan jillimitaw il-vetturi

L-ibliet Taljani ta’ Ruma u Milan qed jillimitaw l-użu ta’ vetturi pruvati wara li żdiedu l-livelli tal-arja mniġġsa fl-inħawi partikolari.

L-awtoritajiet f’Milan qegħdin jipprojbixxu s-sewwieqa milli jgħaddu bil-karozzi, il-muturi u s-scooters mill-belt għal sitt sigħat kuljum, b’din id-direttiva għandha tapplika sa nhar l-Erbgħa. L-istess awtoritajiet introduċew biljett għat-trasport pubbliku speċjali ‘anti-smog’ għal dan il-perijodu u s-sewwieqa tal-vetturi privati jkunu mmultati jekk ma jikkooperawx mad-direttiva.

F’Ruma, il-karozzi bil-pjanċi ta’ reġistrazzjoni li jispiċċaw bil-fart, ilbieraħ, kienu pprojbiti mit-toroq għal disa’ sigħat. L-istess direttiva, minn għada, għandha tapplika għall-karozzi fil-kapitali li n-numri fuq il-pjanċi jispiċċaw biż-żewġ. Intant, id-direttiva ma torbotx sidien ta’ karozzi speċifiċi tat-tip ‘environmentally friendly’.

L-esperti tal-ambjent sostnew li kundizzjonijiet ta’ nixfa u t-temp pjuttost kalm tal-aħħar jiem wassal għal sitwazzjoni fejn l-ajru, bl-elementi li jagħmlu ħsara lis-saħħa, mhux qed jiftaħ u jiċċirkola lil hinn minn dawn iz-zoni.