Fl-Italja l-isport tat-tiġrijiet taż-żwiemel kompla għaddej minn kriżi sħiħa. Dan l-aħħar tħabbar li minħabba li l-gvern immexxi mis-socjalista Matteo Renzi ddeċieda li s-sena d-dieħla se jkompli jnaqqas l-assistenza lejn dan l-isport, id-diriġenti tal-istess korsa ta’ Agnano ddeċidew li jkeċċu 76 ħaddiem li jaħdmu fil-kumpless tal-korsa. Wieħed minn dawn il-ħaddiema li tilef l-impjieg tiegħu, Pasquale Infimo, ddeċieda li jagħmel protesta kemmxejn insolita kontra l-gvern ta’ Renzi.
Dan billi ddendel u xxabbat ma’ wieħed mill-arbli tad-dwal artifiċjali tal-istess korsa ta’ Agnano. F’kummenti li ta lill-ġurnalisti, Infimo qal li ma jistax ma jkunx diżappuntat għat-tbatija li qiegħed jgħaddi minnha hu w l-familja tiegħu fi żmien il-Milied, b’kuntrast mal-Milied li qiegħed jiċċelebraw il-Prim Ministru Taljan u sħabu. Hu kkundanna lil Renzi li dejjem wera ruħu insensittiv għat-tbatija ta’ dawk kollha li jaħdmu f’dan is-settur.
Ta’ min wieħed jgħid ukoll li biex is-sitwazzjoni f’dan l-isport fl-Italja tkompli tikkomplika ruħha, ftit tal-jiem ilu l-Ministru Martina, responsabbli minn dan l-isport, ħabbar li s-sena d-dieħla mhux biss se tonqos l-assistenza tal-gvern lejn dan l-isport iżda anki l-kalendarju tat-tiġrijiet se jkun wieħed li se jkun aġġornat kull tliet ġimgħat minflok sena bħal kif kien isir sa ftit snin ilu. Dan wassal għall-protesta oħra minn sidien, sewwieqa u jockeys li ġiet organizzata fil-korsa ta’ Le Capanelle f’Ruma waqt waħda mill-laqgħat ta’ tiġrijiet
//= $special ?>