Lokali

Tonqos il-fiduċja tal-Maltin fil-Gvern – il-Eurobarometer

Il-fiduċja fil-Gvern kompliet tinżel, jikkonkludi stħarriġ tal-Eurobarometer u kwotat mill-ġurnal Times of Malta dalgħodu.

Ir-riżultati tal-istħarriġ kienu ppubblikati l-Ħamis fejn jirriżulta li l-fiduċja tal-Maltin fil-Gvern waqgħat b’5%, minn 56% is-sena li għaddiet għal 51% din is-sena.

L-istħarriġ jikkonkludi wkoll li l-immigrazzjoni u l-ambjent huma l-akbar żewġ problemi f’għajnejn il-Maltin, filwaqt li tħassib ieħor jinkludi l-għoli tal-ħajja u l-kriminalità.

Dwar il-fiduċja tal-Maltin, l-istħarriġ jgħid ukoll li b’mod ġenerali, naqset il-fiduċja tal-Maltin fil-politika. Din hi osservazzjoni li kemm-il darba saret mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil.