Lokali

Żewġ Libjani b’dokumenti foloz arrestati fi triqthom lejn Malta

Żewġ Libjani li kienu se jivjaġġaw mill-port ta’ Pozzallo fi Sqallija lejn Malta kienu arrestati mill-awtoritajiet Taljani wara li nstab li kellhom dokumenti foloz.

Fl-aħħar ġimgħat inqabdu sensiela ta’ barranin li kienu ġejjin Malta b’dokumenti u passaporti foloz. Dan hu l-aħħar każ minn sensiela u kien rappurtat fil-mezzi tax-xandir Taljani ilbieraħ.

Jidher li l-awtoritajiet Taljani żiedu wkoll is-sigurtà u l-attenzjoni tagħhom fl-ajruport ta’ Comiso fi Sqallija, b’moniteraġġ kontinwu li qed isir.