Lokali

Żiemel involut f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Kosta

Mill-arkivji

Għall-ħabta tat-7:50 ta’ dalgħodu żiemel fi Triq il-Kosta, sfratta, b’konsegwenza li laqat karozza li kienet ġejja mid-direzzjoni opposta.

Dan is-sit jinsab infurmat li ż-żiemel kien qed jinstaq f’direzzjoni lejn ta’ l-Ibraġġ, meta f’daqqa waħda sfratta u baqa dieħel f’karozza tat-tip Volsvagen Polo.

Il-karozza kienet qed tinstaq minn Belġjan ta’ 31 sena filwaqt li sid iż-żiemel għandu 27 sena u hu residenti Birkirkara.

Fortunatament ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.

Sid iż-żiemel ħa liż-żiemel għand veterenarju privat.