Problema li żviluppat fl-impjant tat-trattament tad-dranaġġ Ta’ Barkat, fix-Xgħajra, limiti ta’ Ħaż-Żabbar, wasslet biex mill-istess impjant qed inixxi likwidu iswed li qed jibqa’ nieżel mill-impjant għal medda art abbandunata li tinsab quddiemu u minn hemm għall-blat u s-salini.
Għal mistoqsijiet ta’ dan is-sit, il-Korporazzjoni tas-Servizzi tal-Ilma (Water Services Corporation) spjegat li stadd l-overflow ta’ wieħed mit-tankijiet li jintużaw għall-proċess ta’ anaerobic digestion, biex jissaffa d-dranaġġ.
Ħaddiema fuq il-post ikkontrollaw mill-ewwel is-sors tal-likwidu li far madankollu ammont mil-likwidu kien diġa’ laħaq far għall-impjant. Dan inħasel bl-ilma nadif u xkupat għal ġol-gutters, iżda ftit minnu rnexxielu jaqbad in-niżla u skula għal quddiem il-grada tal-impjant fi Triq Dawret ix-Xatt.
Jirriżulta li l-problema kollha żviluppat minħabba ammont ta’ tiben li nġema fil-wiċċ u wassal biex instadd l-overflow.
Sadattant fuq il-post waslu kemm is-Sindku tal-lokalita’ kif ukoll uffiċjali tal-Korporazzjoni tas-Servizzi tal-Ilma biex janalizzaw is-sitwazzjoni u tittieħed deċiżjoni dwar x’għandu jsir biex il-problema tiġi kontrollata.
Iktar tard il-Korporazzjoni qabbdet kuntrattur biex iġib it-terrapien u jordom il-likwidu li laħaq ħareġ quddiem l-impjant biex iktar tard jinġabar u jitneħħa mill-post.
Inġieb ukoll bowser bl-ilma nadif biex titlaħlaħ iż-żona affettwata.
//= $special ?>


