Lokali

Filmat: Toto, il-kelb Malti li jaf jitla’ s-sellum!

Toto għandu kuraġġ ta’ sur u mingħajr għajnuna rnexxielu jitla’ sellum sħiħ!

Daniel Muscat, sid il-kelb, tella’ l-filmat fuq Facebook, u juri l-mument li Toto għamel il-kuraġġ u tela’ s-sellum, skaluna, skaluna, sakemm wasal fuq.

Mhux talli tella’ s-sellum waħdu, iżda talli malli wasal fl-aħħar skaluna, qabeż għat-tieni livell. Bħallieku persuna.