Għawdex Lokali

Għada: L-aħħar tislima lil Toni Portelli

Il-komunita’ tan-Nadur, Għawdex, għada mistennija tagħti t-tislima mistħoqqa lil Toni Portelli, li sfortunatament tilef ħajtu  f’ġiebja fl-inħawi ta’ San Blas f’Għawdex stess. Il-funeral se jsir fl-16:30 fil-Bażilika tan-Nadur.

Toni Portelli kellu 59 sena u missier ta’ tliet itfal. Hu kien maħbub sew, l-iktar għall-ħidma tiegħu fis-Seminarju Minuri f’Għawdex għal diversi snin u għen fil-formazzjoni edukattiva u spiritwali ta’ eluf ta’ żagħżagħ Għawdxin.

Portelli, deskritt mis-Sindku tal-lokalita’ Edward Said bħala “missier eżemplari, għalliem dedikat, bniedem li dejjem għaraf iħaddan tbissima u lissen kliem ta’ kuraġġ minkejja dak kollu li għadda minnu.”