Internazzjonali

Il-Guinea iddikjarata ħielsa mill-Ebola

L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) iddikjarat il-Guinea ħielsa mill-Ebola, proprju sentejn wara li l-epidemja kienet feġġet f’dan il-pajjiż Afrikan.

Il-poplu tal-Guinea mistenni jiċċelebra l-aħbar pożittiva b’sensiela ta’ kunċerti u spettakli bil-logħob tan-nar wara li l-Ebola kienet qatlet ‘il fuq minn 2,500 persuna fil-pajjiz, flimkien ma’ 9,000 persuna fi Sierra Leone u l-Liberja. Filwaqt li Sierra Leone kienet iddikjarata ħielsa mill-Ebola f’Novembru, l-aħħar rapporti qalu li feġġew xi każi ġodda tal-virus fil-Liberja, li f’Settembru kienet iddikjarata bħala ‘Ebola-free’.