Lokali

Il-ġurnali dalgħodu

Ħarsa lejn il-ġurnali dalgħodu:

In-Nazzjon b’rapport dwar il-mod kif it-tieni suwiċida fl-istess ċelel juri li l-Gvern ma tgħallem xejn. Rapport ieħor dwar l-aħbar li ż-żewġ Libjani b’dokumenti foloz ġew arrestati fi triqthom lejn Malta.

The Malta Independent ukoll bir-rapport ewlieni jitratta l-kontroversja dwar il-mewt ta’ raġel waqt li kien fil-kustodja tal-Pulizija, apparti rapport dwar ir-riżultati tal-istħarriġ tal-Eurobarometer.

Times of Malta b’rapport dwar studju ġdid li qed isir mill-Università ta’ Malta, li juri li min ipejjep, aktarx li jżid aktar l-istress milli jnaqqsu.

L-Orizzont b’storja dwar tlett persuni li spiċċaw il-Qorti talli ħallsu b’karti tal-flus foloz.