Il-Partit Nazzjonalista ddeskriva d-dikjarazzjonijiet tas-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali Stefan Bountempo bħala sinonimi ta’ Gvern li bħal kull ċirkostanza qed jaħsel idejh. Dan wara li Buontempo li l-bieraħ tefa’ t-tort tan-nuqqasijiet fil-Kunsilli Lokali fuq is-Segretarji Eżekuttivi.
Il-bieraħ l-Assoċjazzjoni tas-Segretarji Nazzjonali tas-Segretarji Eżekuttivi tal-Kunsilli Lokali u r-Reġjuni tenniet li tinsab mħassba hekk kif skont l-assoċjazzjoni is-Segretarju Parlamentari tefa’ l-problema li l-Kunsilli Lokali naqsu milli josservaw il-liġi, kollha fuq is-Segretarji Parlamentari.
Fl-istqarrija, maħruġa mill-Kelliem tal-Partit Nazzjonalista responsabbli mill-Kunsilli Lokali, David Agius, jingħad li hu fatt li dan il-Gvern mhux talli ta bis-sieq lill-Kunsilli Lokali, billi saħansitra ħassrilhom l-elezzjonijiet, iżda talli dejjem kien xħiħ f’dak li għandu x’jaqsam ma’ fondi.
Il-Partit Nazzjonalista fakkar li ilu tliet snin jinsisti mal-Gvern biex lill-Kunsilli Lokali ma jitraskurahomx, iżda minflok il-Gvern qed jiprova jitfa’ t-tort kollu fuq is-Segretarji Eżekuttivi li l-maġġoranza assoluta tagħhom jagħmlu xogħlhom b’reqqa u dedikazzjoni kbira.
//= $special ?>