Lokali

Jingħata bidu għall-maratona tal-futbol b’risq id-Dar tal-Providenza

Il-Vigarju Ġenerali Fr. Joe Galea Curmi, akkumpanjat mid-Deputati David Agius, Chris Said u Silvio Schembri, kif ukoll il-Ministru Carmelo Abela taw bidu għall-maratona tal-futbol b’risq id-Dar tal-Providenza.

Din il-maratona tgħaqqad flimkien mhux biss lill-politiċi miż-żewġ naħat tal-Kamra iżda wkoll numru ta’ ħaddiema minn setturi differenti tal-ekonomija u s-soċjeta’ Maltija.

Il-maratona sservi wkoll bħala bidu tal-attivitajiet qabel il-maratona ġbir ta’ fondi organizzata kull sena fl-ewwel tas-sena b’risq id-Dar tal-Providenza.

Id-Dar tal-Providenza taħdem ma’ persuni b’diżabilta’ u toffri dar f’ambjent ta’ mħabba u li jixbah il-familja lill-persuni b’diżabilità li għal xi raġuni jew oħra ma jistgħux jibqgħu jgħixu fil-familja tagħhom.

Illum Id-Dar tal-Providenza tikkonsisti f’ħames residenzi u madwar mitt resident jgħixu fid-Dar bl-etajiet tagħhom huma bejn l-erbatax u t-tmenin sena.