Futbol Sport

L-ex Hibernians Balbinot mistenni li jissieħeb lil Valletta

Id-difensur ċentrali mill-Brażil ta’ 31 sena, Diego Balbinot mistenni jkun l-akkwist tal-leaders tal-Kampjonat Premier, Valletta f’Jannar. Dalgħodu l-paġna ta’ Replay fuq Facebook żvelat li l-eks plejer ta’ Hibernians jinsab fi triqtu Malta sabiex jissieħeb ma’ Valletta wara li diġa’ intlaħaq ftehim mal-klabb immexxi mill-Presidenza ta’ Victor Sciriha.

Fis-sajf tal-2011 Balbinot issieħeb ma’ Hibernians u mall-ewwel ħalla impressjoni tajba madankollu ma komplix l-istaġun f’Malta wara li kellu opportunitá aħjar. Riċentament kien qed jilgħab fil-Brażil ma’ Clube Esportivo Lajeadense.

Il-bieraħ filgħaxija waqt il-programm Replay Ikompli fuq Radio 101, il-Viċi President ta’ Valletta Paul Spiteri ikkonferma li l-klabb jinsab viċin li jikkonkludi akkwist ma’ difensur barrani li fil-passat kien qed jilgħab f’Malta.

Għal aktar aħbarijiet dwar il-futbol lokali żuru l-paġna ta’ Replay fuq Facebook.