Internazzjonali

Londra fuq allert – twissija dwar attakk terroristiku f’lejliet l-Ewwel tas-Sena

Londra u bliet oħra kapitali fl-Ewropa jinsabu fuq allert wara li aġenzija tal-intelliġenza wissiet li terroristi Iżlamiċi qed jippjanaw attakk terroristiku bl-użu ta’ armi jew bombi f’postijiet fejn mistennija folol ta’ nies.

L-aħbar toħroġ biss ftit jiem wara li awtoritajiet Russi wissew liċ-ċittadini li l-iktar post sigur biex jaraw it-tokki ta’ nofsillejl għal sena ġdida hu billi jibqgħu d-dar. Illum stess fi Brussel ġew arrestati żewġ persuni suspettati li kienu se jwettqu attakk terroristiku.

Fid-dawl tal-biża’ ta’ attakk terroristiku, fir-Renju unit hemm il-ġsieb li jinħolqu numru ta’ units tal-Pulizija armati u speċjalizzati u mistennija tiżdied is-sigurta’.

Ritratt: Clarence Ji