Uffiċjali tal-Pentagon, f’Washington, qalu li għaxar kapijiet tal-ISIS – li wħud kienu konnessi mal-attakki terroristiċi tat-13 ta’ Novembru fi Franza – spiċċaw maqtula waqt attakki mill-ajru li mexxiet l-Istati Uniti kontra l-interessi tat-terroristi fis-Sirja.
L-attakki bi preċiżjoni saru x-xahar li għadda, waqt li qed jingħad li wħud mill-kapijiet tal-ISIS maqtula kienu qed jippjanaw aktar attakki fil-Punent.
Il-koalizzjoni ta’ qawwiet taħt tmexxija Amerikana ilha aktar minn sena tattakka lill-ISIS fl-artijiet tas-Sirja u l-Iraq.
//= $special ?>