Ħafna nies fl-aħħar jiem waqgħu għal nasba li jagħmlu share ta’ status li jgħid li sid Facebook, Mark Zuckerberg, se jqassam 4.5 miljun sehem (share) ta’ Facebook b’mod każwali lil min jikkopja status li jgħid propju dan.
Iżda fil-verita’ din mhi xejn ħlief l-aħħar ingann maħluq bl-għan li dak li jkun kiteb għall-ewwel darba dan l-istatus jakkwista kemm jista’ jkun Likes u Shares.
Imma minkejja li għal ħafna dan l-istatus ma kienx kredibbli u ma waqgħux għal dan l-ingann, ħafna oħrajn bdew iqassmu dan l-istatus bix-xewqa li huma jkunu fost il-fortunati.
Il-verita’ hi li Zuckerberg se jagħti $45 biljun f’karita’ bl-għan li d-dinja tmur għall-aħjar, iżda mhux se jqassam ishma ta’ Facebook lil min juża dan is-sit soċjali.
//= $special ?>

