Internazzjonali

Ministru jirriżenja wara “imġieba mhux xierqa” f’bar

Ministru tal-Gvern Awstraljan irriżenja wara li kien hemm ilmenti dwar il-mod kif ġab ruħu meta kien ġo bar f’Hong Kong waqt żjara uffiċjali.

Il-Ministru għall-Infrastruttura Jamie Briggs irriżenja wara li mar ġo stabbiliment tax-xorb, fejn hemmek ġab ruħu b’mod mhux xieraq ma’ uffiċjal pubbliku tal-Gvern Awstraljan li kienet qed takkumpanjah. L-uffiċjal pubbliku aktar tard ilmentat dwar l-imġieba tal-Ministru fil-konfront tagħha.

Meta rriżenja, Briggs qal li qatt ma kellu l-intenzjoni li jġib ruħu b’mod mhux xieraq filwaqt li żied li hu m’għamel xejn illegali.

“Diġa tlabt skuża lilha direttament, iżda ddeċidejt li l-imġieba tiegħi ma kinitx konformi mal-istandards mistennija mill-Ministri” qall Briggs.

Il-Ministru, madanakollu, ma riedx jagħti dettalji dwar in-natura tal-inċident, u x’kienet “l-imġieba mhux xierqa”.