Waqt il-programm radjofoniku Replay Ikompli li xxandar il-bieraħ filgħaxija fuq Radio 101, it-tim manager ta’ Birkirkara Michael Valenzia b’mod esklussiv qal li hemm possibiltajiet kbar li l-midfielder internazzjonali Malti, Rowen Muscat jingħaqad mal-klabb tas-Serie B fl-Italja Ascoli.
Valenzia qal li t-tim Taljan, li hu mmexxi mill-kowċ ta’ 41 sena Devis Mangia, irid lill-midfielder internazzjonali Malti f’Jannar mingħajr prova għaliex diġà rawh fl-azzjoni u bħalissa qed jiddiskutu l-formula tat-trasferiment hekk kif teżisti possibiltà li Muscat imur b’self b’obbligu li jinxtara fl-aħħar tal-istaġun.
Għal aktar aħbarijiet marbuta mas-suq tat-trasferimenti tal-futbol lokali f’Jannar segwu l-paġna ta’ Replay fuq Facebook li hi aġġornata kontinwament bl-aħħar aħbarijiet.
//= $special ?>

