Lokali

Xufier aggredit minn persuni f’Ħal Far

Xufier ta’ karozza tal-linja X4 safa aggredit minn grupp ta’ persuni waqt li kien f’Ħal Far.

Il-każ seħħ nhar it-13 ta’ Diċembru, madankollu ħareġ fil-beraħ illum wara li beda jixtered fuq Facebook ritratti tal-ġrieħi li ġarrab.

Skond ir-rapport li sar lill-Pulizija il-każ seħħ minħabba li x-xufier waqqaf lil xi persuni milli jtellgħu saqajhom fuq is-seat tal-karozza tal-linja.

Jirriżulta li kien hawn li kif l-persuni niżlu minn tal-linja agredew lix-xufier billi wadbulu żrar u ġebel mill-art.

Ix-xufier qed jallega li kienu immigranti iżda il-pulizija ma kkonfermax dan.