Kurżitajiet Mużika

Axl u Slash lura mal-Guns N’ Roses

Qed ikun rappurtat li ż-żewġ membri fundaturi tal-grupp Guns N’ Roses, Axl Rose u Slash, se jirritornaw lura miegħu biex f’April idoqqu fil-Coachella Festival f’Kalifornja.
Apparti minhekk’ hemm negozjati biex il-grupp fil-forma oriġinali tiegħu jagħmel ukoll tour tal-Istati Uniti fis-Sajf tal-2016.
L-aħħar darba li Axl Rose u Slash daqqew flimkien kien fl-1993 f’kunċert fir-River Plate Stadium fi Buenos Aires fl-Arġentina.
Skont rapporti fil-medija Amerikana, il-grupp qed jitlob madwar erba’ miljun Ewro għal kull kunċert u l-biljetti mistennija jkunu ta’ madwar 300 Ewro. L-indikazzjonijiet huma li fis-Sajf ikun hemm 25 kunċert b’kollox.
Għajdut li l-grupp kien qed jippjana li jerġa’ jingħaqad ilhom iduru mis-Sajf wara li l-kitarrista Slash kien stqarr li kien reġa’ għamel ħbieb ma’ Axl Rose. Xi ħaġa li kien wassal biex il-grupp jinfired.