Ħarsa lejn il-ġurnali llum

Il-maġġor parti tal-ġurnali tal-llum, huma dominati minn stejjer internazzjonali.

In-Nazzjon
, tiżvela rapporti li saru minn suldati li taw is-servizz tagħhom matul l-avvenimenti tal-Valletta Summit u ċ-CHOGM. Skont dawn is-suldati, huma wew id-diżappunt tagħhom għas-sagriffiċji li għamlu meta ingħataw biss allowance ta’ €100. In-Nazzjon tirraport wkoll stejjer fejn Owen Bonnici u Stefan Buontempo jkomplu mas-sensila tal-Gvern, fejn fir-responsabiltajiet rispettivi tagħhom, jaħslu idejhom mir-responsabilta’.

The Times of Malta, b’faċċata ddominata minn ritratt fi pjazza Belġjana li tirraporta l-livell ta’ sigurta’ li tinstab fil-belt kapitali Belġjana. The Times b’artiklu wkoll rigward il-kirja tal-uffiċini tas-sede tal-General Workers Union, u kif dan l-avveniment jista’ jkollu effetti fuq is-social housing.

The Malta Independent, b’ritratt li juri l-kju twil li kien hemm fid-dipartiment tal-ID Cards fi Blata l-Bajda. Il-ġurnal irraporta wkoll il-każ tal-falsifikazzjoni ta’ noti f’Għawdex minn tlett żgħażagħ, u l-irbit li hemm ma’ Kunsillier Laburista. The Malta Independent irrapurtat ukoll is-suċċessi tal-attakki mill-ajru Amerikani ġewwa s-Sirja.

Malta Today
, b’faċċata dominata minn artiklu li jitratta kif skont stħarriġ li sar mill-Eurobarometer, negozji Maltin raw żieda fil-korruzzjoni mill-elezzjoni tal-2013. Il-ġurnal jirraporta wkoll kif sit protett aktarx jingħatalu l-permess sabiex jinbnew żewġ sulari fuqu.

L-Orizzont, tirraporta kif preżentament insibu 19-il persuna b’sentenza ta’ għomor il-ħabs. Il-ġurnal jirraporta wkoll kif l-eks deputat Joe Cassar jista’ jerġa jkun kandidat mal-Partit Nazzjonalista.