Lokali

‘Hold-up’ f’ħanut tal-logħob fiż-Żejtun; Impjegat ferut minn arma bil-ponta u li taqta’

Ħaddiem weġġa’ f’hold-up li sar f’ħanut tal-logħob fiż-Żejtun.

Is-serqa seħħet għall-ħabta tal-11 ta’ filgħodu fi Triq il-Ħerba ż-Żejtun, meta raġel armat b’arma li taqta’ u bil-ponta daħal u seraq ammont sostanzjali ta’ flus.

Waqt is-serqa, indarab il-ħaddiem li kien hemm fil-ħanut, u li għandu 21 sena miż-Żejtun stess.

Fuq il-post issejjħet ambulanza li ħadet lill-ħaddiem l-isptar Mater Dei.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Charmain Galea li ħatret diversi esperti biex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata. Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha fuq il-każ.