Internazzjonali

Imxejjen attakk f’Ankara

Żewġ persuni kienu arrestati f’Ankara minħabba suspetti li fl-Ewwel tas-Sena kienu se jwettqu attakk terroristiku f’isem l-ISIS.
Fir-rejds li għamlu l-Pulizija waqt l-arrest tagħhom, sabu ċinturini mimlija splussiv lesti biex jintużaw fl-attakki li aktarx kienu se jsiru waqt iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Ewwel tas-Sena. Aktarx, skont il-midja Torka, l-attakki kienu se jitwettqu fi Pjazza Kizilay fejn jinġabru n-nies għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-Ewwel tas-Sena. It-tnejn kienu marru wkoll fil-post biex jaraw fejn se jattakkaw.
Iż-żewġ persuni huma ċittadini Torok imma li kienu qed jiġġieldu mal-ISIS fis-Sirja.