Lokali

Raġel f’qagħda kritika wara inċident fi Triq Għajn Tuffieħa

Raġel ta’ 55 sena mill-Fgura jinsab fil-periklu tal-mewt wara inċident b’mutur. Dan hekk kif dalgħodu għall-ħabta tat-8.10am, seħħ inċident fi Triq Għajn Tuffieħa bejn mutur tat-tip Kawasaki u karozza tat-tip Toyota Rav4, li kienu sejrin f’direzzjoni opposti.

Is-sewwieq tal-karozza hu raġel ta’ 43 sena residenti Ħaż-Żebbuġ, u fortunatament ma’ sofra l-ebda ġrieħi, filwaqt li s-sewwieq tal-mutur ittieħed mal-ewwel Mater Dei.

It-triq bħalissa tinsab magħluqa għat-traffiku. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija fuq dan il-każ għahom għaddejjin.